Stejjer u Videos

Ftit jiem ilu it-tfal tas-sitt sena ingħataw iċ-ċans li jużaw il-Photostory biex jibdlu l-istejjer li kitbu huma stess f’videos.  L-istudenti ħadmu fi gruppi u rrekordjaw l-istejjer tagħhom u anke sabu stampi adattati għal magħhom biex il-videos jagħmlu sens.

Ara l-videos tal-istudenti hawn:

Grupp 1

Grupp 2

Grupp 3

Grupp 4

Bee Bots fil-Year 1 u Year 2

Din is-sena ġew introdotti l-Bee Bots fl-iskejjel.  Dawn huma tip ta’ robots li jintużaw mit-tfal billi jiġu pprogrammati biex jimxu skont ix-xewqa tagħhom.  Dawn jgħinu lil-istudenti biex jipprattikaw il-loġika tal-ħsieb u jitgħallmu billi jieħdu gost.

[imagebrowser id=10]

Video Conferencing fis-6 sena

Ftit jiem ilu l-istudenti tas-Sitt sena kellhom iċ-ċans jipaprteċipaw fi Quiz organizzat online permezz ta’ video conference ma’ klassi ta’ studenti mill-iskola primarja taż-Żurrieq.  Dan il-quiz sar permezz ta’ Cyber Hunt billi l-għalliema taż-żewġ klassijiet identifikaw website li taw lill-istudenti biex jarawha u jifformolaw ftit mistoqsijiet dwarha.  L-istudenti ingħataw iċ-ċans li jaraw il-websites magħżula.  Imbagħad sar ftehim biex issir laqgħa virtwali (online) issir fil-11 ta’ April fid-8:45.

[imagebrowser id=9]

Dawn huma l-websties li intużaw għal dan il-quiz:

  • http://kids.nationalgeographic.com/kids/animals/creaturefeature/hammerhead-shark/ (Kirkop)
  • http://www.epa.gov/climatechange/kids/difference.html (Żurrieq)

It-tfal ta’ Ħal Kirkop irnexxielhom iġibu l-aktar numru ta’ twġibiet tajbin.  Prosit tfal!