Illum għamilna quddiesa u iktar tard kull klassi kellha ftit ħin ta’ riflessjoni u talb quddiem il-madonna.
Figolli!
Illum 28 ta’ Marzu 2012 l-istudenti kollha miż-żgħar sal-kbar, mill-Kinder 1 sa Yr. 6 għamlu l-figolli. Fl-iskola kulħadd seta’ jxomm riħa li taqsamlek qalbek daqs kemm kienu jfuħu!
Mrs. Mizzi u Mrs. Cassar għamlu l-għaġina l-ġurnata ta’ qabel filwaqt li kien hemm l-istudenti jarawhom. Grazzi kbira tmur lejn Mrs. Mizzi u Mrs. Cassar, kif ukoll lil Mrs. Tabone li għinu lit-tfal biex jagħmlu l-figolli.
Ħarġa tal-K1, K2, Yr.1 u Yr.2
23 ta’ Marzu 2012
Dawra mar-Raħal ta’ Ħal Kirkop mal-Yr.1 u Yr. 2
L-istudenti tgħallmu affarijiet interessanti ħafna fuq ir-raħal ta’ Ħal Kirkop u raw affarijiet li qatt ma kienu innotaw qabel. Fir-ritratti naraw l-istudenti li qed jaraw l-arloġġ li jaħdem bix-xemx li hemm mal-ħajt fil-ġemb tal-knisja. Raġel mir-raħal stess tagħna iktar informazzjoni fuqu. Sfortunatament waqt il-mixja sibna wkoll post fejn kien hemm ammont ta’ skart… u lkoll qbilna li għandna nibżgħu għall-ambjent u ma nħammġux barra!
JUM IL-FROTT U S-SAĦĦA 2012
23 ta’ Frar 2012
Jum il-Frott wasal u għadda… imma ċerti li kulħadd se jibqa’ jiftakru!!!
L-idea ta’ dan il-jum ħarġet mill-istudenti, membri tal-Kunsill tal-iskola!
L-eżerċizzju huwa importanti ħafna għal kulħadd. Għalhekk minn filgħodu bdejna niċċaqalqu mal-mużika, iggwidati mill-għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika. Kulħadd ipparteċipa: tfal, għalliema u anke l-ġenituri!
[nggallery id=21]
Wara l-eżerċizzji, l-istudenti kollha marru jieklu yoghurt tal-frott filwaqt li l-ġenituri kellhom kafe’ jew te’ u muffin tal-frott.
Jum il-Frott kompla fil-klassijiet fejn kien hemm taħlita ta’ attivitajiet interessanti u fejn l-istudenti ipparteċipaw u ħadu gost filwaqt li tgħallmu!
[nggallery id=22]
Kellna wkoll il-Pupazzi!

Kellna wkoll ħin biex nagħmlu affarijiet tajbin bil-frott!
[nggallery id=23]
Il-Ġenituri kellhom taħdita min Nutrizzjonista, is-Sinjura Lucienne Pace, kif ukoll mis-Sinjura Carmen Tedesco fuq is-Suġġett tal-Frott u n-Nutrizzjoni!


Bid-donazzjoni tal-istudenti, irnexxielna nixtru l-frott u nqassmuh lill-anzjani tar-raħal li ma joħorġux mid-dar.
Kollha kemm huma ħadu pjaċir ħafna bil-ħsieb ċkejken tagħna. Grazzi kbira tmur lejn kull min b’xi mod għin biex din il-jum ikun suċċess!
[nggallery id=24]