Jum il-Familja
[nggallery id=32]
Fil-15 ta’ Ġunju 2012 organizzajna jum iddedikat għal familja. Għaldaqstant il-ġenituri tal-iskola tagħna kienu mistednin. Organizzajna ħafna attivitajiet differenti fosthom logħob bl-ilma, tlielaq, lezzjonijiet tal-mużika u l-arti kif ukoll sezzjoni taż-żumba. Kellna ukoll membri mill-korp tal-pulizija li kellmu lill-istudenti fuq ir-regoli tat-traffiku. Barra minn hekk kellna x-xorti li naraw xow mis-sezzjoni tal-klieb tal-pulizija kif ukoll taż-żwiemel. Lejn l-aħħar tal-ġurnata kellna l-ftajjar u panini li għalqu l-ġurnata b’tomgħa tajba.
Il-ġurnata kienet suċċess u lħaqna għamilna dak kollu li kien ippjanat. Dan kien possibli għax kulħadd ta daqqa t’id. Fost dawn kien hemm l-istaff kollu tal-iskola kif ukoll tal-għalliema peripatetiċi: tal-PE Ms. Claudette Zahra u Mr. Jesmond, tal-Arti Mr. Joe Camilleri, tal-Mużika Mr. John Zammit u ta’ Drew (għalliem tas-sekondarja) li għamlilna s-sezzjoni ta’ Zumba. Barra minnhekk nixtieq insemmi wkoll lil Mariella Cassar li tagħmel parti mill-parent’s council u xi ġenituri oħra li tawna daqqa t’id.
Kellna ukoll żjara mill-istudenti ta’ l-iskola ta’ Ħal Safi, tal-Gudja u tal-Imqabba li ġew biex jaraw il-Ġardina tagħna, kif ukoll baqgħu għall-esibizzjoni tal-Klieb u ż-żwiemel tal-Korp tal-Pulizija.
M’għandniex xi ngħidu l-istudenti ħadu ħafna pjaċir f’din il-ġurnata filwaqt li tgħallmu ukoll.
Niżirgħu iktar xitel fil-Ġardina tagħna!
[nggallery id=31]
L-istudenti tal-Yr.1 żergħu l-piżelli li kabbru fil-klassi! Jamie Sacco qed jiżra t-ix-xitel tad-tadam li ġab għall-iskola!
Napprezzaw li jkun hemm iktar nies li jagħtu iktar xitel ħalli niżirgħu fil-Ġardina. Grazzi!
Il-Ġardina
[nggallery id=30]
Il-Ġardina lesta! Il-Forma tagħha ġiet ispirata mil-Logo ta’ Ekoskola!