Nibżgħu għall-ilma
Biex nibzgħu sew għall-ilma
Irridu naħdmu sew
Nagħlqu dawk il-viti
Wara li ninqdew
Biex nibzgħu sew għall-ilma
Irridu naħdmu sew
Nieħdu shower ckejkna
Il-banju ma nimlewx
Biex nibżgħu sew għall-ilma
Irridu naħdmu sew
Bramel kbar ta’ ħela,
Flusna dawn jiswew
Biex nibżgħu sew għall-ilma
Irridu naħdmu sew
Nifflaxxjaw mill-inqas,
Le qatt dan tinsew.
Rit:
Bħall-ilma tax-xita
Nerfgħuh f’dak il- bir
Kull min għall-ilma jibża
Jostħoqqlu kull tifħir