Żona għall-qari

Bħala skola nemmnu ħafna fil-Qari, għaldaqstant għandna pjan biex narmaw Zona A li tkun addattata għal dan il-għan.  Barra minn hekk jekk insibu l-fondi narmaw ukoll zona oħra għal attivitajjiet differenti. Dawn iż-żewġ zoni se jkunu mdawwra bi pjanti ħalli dejjem insebbħu l-ambjent.

Kull min għandu xi bċejjeċ tal-injam li huwa tajjeb għal barra eż: Marine plywood, tal-aħmar eċċ u żebgħa żejda jista’ jagħtihomlna biex inkunu nistgħu niffrankaw xi ftit flus.

Reading area plan.jpeg
Zona A għall-Qari

Il-Gallettini ta’ San Valentinu!

Nirringrazzjaw lil Romina Saliba, Romina Tabone, Charmaine Debono u Anna Tabone tal-għajnuna tagħhom u tal-ħin li huma ddedikaw biex sajjarna mas-600 gallettina! Grazzi tmur ukoll għal dawk li xtraw il-gallettini!