Take a Ride on the Green Side Survey

Afgħas il-link u wieġeb il-kwestjonarju!

Importanti li timla l-kwestjonarju qabel is-7 ta’ Jannar 2019. Grazzi

https://www.surveymonkey.com/r/ZGWRPVJ

 

L-iskola tagħna qed taħdem fuq proġett dwar il-mobbiltà sostenibbli u bħala l-ewwel parti tal-proġett, il-kumitat ta’ Ekoskola fassal kwestjonarju dwar l-użu tal-karozzi, kif ukoll dwar mezzi oħra ta’ trasport li jintużaw mill-Koppin.

 

_______

Artiklu fuq tvm.co.mt 

EDUKAZZJONI

6 skejjel b’għotja finanzjarja għal proġetti dwar il-mobbiltà sostenibbli

Imtella’ Novembru 28, 2018 – Aġġornata 28 Ta’ Novembru, 2018 3:08pm

Rapport: Brandon Pisani

Sitt skejjel ingħataw għotja finanzjarja sabiex jimplimentaw proġetti dwar il-mobbiltà sostenibbli. L-iskejjel li ser iwettqu dawn il-progetti huma l-iskejjel primarji ta’ Marsaxlokk, Ħal Kirkop, Birkirkara, Bormla u San Ġwann, u l-Junior College.

F’attività tal-Eko-Skola, il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li Malta jrid ikollha diversi mezzi ta’ trasport pubbliku u biex jonqsu l-vetturi mit-toroq. Semma’ t-trasport b’xejn għall-istudenti; trasport pubbliku b’xejn għal żgħażagħ minn 14-il sena ‘l fuq u studenti; u inċentivi finanzjarji biex wieħed jixtri rota.

Huwa ħeġġeġ biex isir użu akbar mis-servizz tat-trasport bil-baħar li s’issa jaħdem bejn il-belt u l-Kottonera u bejn il-Belt u Tas-Sliema.