Xalata ta’ Kitba għall-Familji Online dwar il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, il-MUŻA

Qabel il-pandemija COVID-19, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu kienet qiegħda torganizza diversi Xalati ta’ Kitba, bil-Malti u bl-Ingliż, għat-tfal u l-familji tagħhom f’bosta lokalitajiet Maltin u Għawdxin. F’dawn ix-Xalati ta’ Kitba l-familji jħaddmu l-proċess tal-kitba b’mod divertenti u f’ambjent rilassanti.
Fiċ-ċirkustanzi preżenti, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi sħab ma’ Heritage Malta se torganizza Xalata ta’ Kitba online bl-Ingliż dwar il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, IL-MUŻA, kif ġej:
Data: Il-Ġimgħa, 19 ta’ Frar 2021
Ħin: Bejn is-6:30 p.m. u t-8:00 p.m.
Età: Minn 7 sa 11-il sena
Kif: Bil-Microsoft Teams
Dawk il-familji li jixtiequ jieħdu sehem f’din l-attività għandhom jirriservaw post billi jibagħtu din l-informazzjoni:

  • isem u kunjom it-tifel/tifla/tfal,
  • isem u kunjom il-ġenitur/kustodju,
  • l-età tat-tifel/tifla/tfal,
  • in-numru tal-mobile,
  • l-indirizz elettroniku,
  • l-indirizz postali
    lil mwp.nla@ilearn.edu.mt, sa mhux iktar tard min-nhar l-Erbgħa 3 ta’ Frar 2021.
    Minħabba li l-postijiet huma limitati, il-parteċipanti jintgħażlu skont min japplika l-ewwel.
    Jekk tixtieq iktar informazzjoni dwar din ix-Xalata ta’ Kitba tista’ ċċempel 2598 3324

Online Family Writing Activity about Malta National Community Art Museum MUŻA


Prior to the start of the COVID-19 pandemic, the National Literacy Agency organised several free of charge
Family Writing Activities, in Maltese and English, for children and their families in various localities around Malta
and Gozo. These activities offered families a positive experience of the writing process in a fun and relaxed
setting.
In the present circumstances the National Literacy Agency, in collaboration with Heritage Malta, is organising an
online Family Writing Activity in English about the Malta National Community Art Museum MUŻA, as follows:
Date: Friday, 19th February 2021
Time: From 6:30 p.m. till 8:00 p.m.
Age: From 7 to 11 years
How: On MS Teams
Families who wish to participate in this activity are asked to book a place by sending an email with the following
information:

  • Child’s name and surname,
  • Parent’s/guardian’s name and surname,
  • Child’s age,
  • Contact numbers,
  • Email address,
  • Postal Address,
    to mwp.nla@ilearn.edu.mt, by not later than Wednesday 3rd February 2021.
    Applications will be processed on a first come first served basis.
    For more information about this activity, kindly contact us on 2598 3324

Kwarantina

Kull min ikun qiegħed kwarantina, għax ikun irċieva l-ittra ta’ kwarantina mandatorja mid-dipartiment tas-sahha, irid jibgħat din l-ittra fuq l-email tal-iskola: sbc.kirkop.pr@ilearn.edu.mt.

Il-persuna tista’ tirritorna l-iskola fid-data li jkollu miktuba fl-ittra li jista joħroġ barra.

Informazzjoni

Importanti li intom tidħlu f’din il-website regolarment għax hemm ikun hemm l-informazzjoni kollha necessarja dwar l-iskola.  

Kif semmejna l-informazzjoni, tajjeb tkunu tafu li meta nsiru nafu b’xi kas tal-kovid fl-iskola, skond il-protokol, aħna ninfurmaw lil tas-saħħa. Huma jgħidulna x’passi nieħdu u lil min ngħidu biex ma jiġix skola.  Huma jinfurmaw direttament lil min hu ikkonċernat. Dan hu kas ta’ data protection u mhux kas ta’ ħabi (kif ħasbu xi wħud).  
Il-Madam

Speaking about the website, you should visit the website regularly  becuase there you will find all the necessary school information.

Speaking about information you should know that when a covid case is found, according to protocol, the school informs  the health department and they then tell us how to proceed and who we should inform to stay away from school. This is data protection and not a case of secrecy (as some persons implied).

Madam

Pjanta – Jum San Valentinu

Għalkemm nemmnu li l-imħabba għandha tkun dejjem u mhux f’San Valentinu biss, se jkollna pjanti għall-bejgħ mill-iskola, għal-Jum ta’ San Valentinu. Dawn il-pjanti jridu jiġu ordnati sa mhux aktar tard mill-1/2/21 u jitqassmu l-Ġimgħa 12 ta’ Frar 2021 minn ħdejn il-bieb tal-iskola kif għamilna għall-ponsjetti fil-Milied. Se jkollna:

Pjanta tal-Baby Roses – €3.00  (Stampa qiegħda biss biex tieħdu idea ta’ liema pjanta hi)

jew Pjanta Kalanchoe – €3.00 (Stampa qiegħda biss biex tieħdu idea ta’ liema pjanta hi)

Min hu interessat jibgħat il-flus mat-tfal l-iskola.

Tpinġiijiet tal-istudenti mtella’ fis-sezzjoni ‘Karnival’.

Student’s Drawings updated in ‘Karnival’ Section.

L-Iżvilupp tal-Lingwa u t-Taħdit fit-Tfulija Bikrija

It-Taqsima tal-Politika Lingwistika fl-Edukazzjoni fi ħdan l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, b’kollaborazzjoni mal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa fl-Università ta’ Malta ser torganizza taħditiet fuq l-Iżvilupp tal-lingwa fis-Snin Bikrin. Dawn it-taħditiet huma maħsuba għall-ġenituri u l-kustodji ta’ tfal ta’ bejn it-twelid u 5 snin, u se jkunu bl-Ingliż.
It-taħditiet se jkunu online u se jingħataw minn Dr Daniela Gatt, darba fil-ġimgħa, mill-10:00 sal-11:00 ta’ filgħodu.
L-iskeda tat-taħditiet hija kif ġej:
4 ta’ Frar 2020 L-iżvilupp tal-lingwa u t-taħdit fl-ewwel tliet snin tat-tfulija
11 ta’ Frar 2020 Diffikultajiet fit-taħdit u l-lingwa li jkollhom it-tfal sa 3 snin
18 ta’ Frar 2020 Kif l-adulti jistgħu jixprunaw l-iżvilupp fil-ħiliet tal-lingwa
25 ta’ Frar 2020 Id-Diffikultajiet fl-Iżvilupp tal-Lingwa (Developmental Language Disorder [DLD]) ta’ tfal akbar minn 5 snin
Dawk li jixtiequ jieħdu sehem f’dawn it-taħditiet iridu jimlew formola online, li jsibuha f’din il-ħolqa:
https://forms.office.com/Pages/ResponsePage.aspx?id=O3ivQUNSKEy3pGcsC57e0uttpJFWbZlLoN-GExWoQRUMkNQU1YzVko1NkpBUUNYUlU3WTBWV1hRSS4u
L-istedina biex issegwi t-taħdita tintbagħat ġurnata qabel kull sessjoni.
Jekk tkun tixtieq iktar informazzjoni, ikkuntattja lil Dr Lara Ann Vella billi tibgħat ittra elettronika lil lara.ann.vella@ilearn.edu.mt jew iċċempel 25982130.

Speech and Language Development in Young Children

The Language Policy in Education Unit within the National Literacy Agency, in collaboration with the Faculty of
Health Sciences, University of Malta, will be organising a series of online sessions on early language
development. These sessions are intended for parents and guardians of children aged 0-5 and will be held in
English.
The sessions, led by Dr Daniela Gatt, will be held online, once a week from 10:00 am to 11:00 am.
The schedule is as follows: 4 th February 2020 Speech and language development in 0-3-year-olds
11th February 2020 Speech and language difficulties in 0-3-year-olds
18th February 2020 Stimulating early language development: tips for parents
25th February 2020 Developmental Language Disorder (DLD) in children aged 5+
Participants are to fill in the online form to book the sessions by clicking on this link:
https://forms.office.com/Pages/ResponsePage.aspx?id=O3ivQUNSKEy3pGcsC57e0uttpJFWbZlLoN-GExWoQRUMkNQU1YzVko1NkpBUUNYUlU3WTBWV1hRSS4u
An invitation to attend these sessions will be sent the day before each session.
For further information please send an email Dr Lara Ann Vella on lara.ann.vella@ilearn.edu.mt or call on 25982130.

Naqraw flimkien

Minn nhar it-Tnejn 18 ta’ Jannar 2021 l-Aġenzija se tkun qiegħda toffri din il-librerija virtwali lill-edukaturi u lill-ġenituri/kustodji tat-tfal kollha. Min japplika jkun jista’ jissellef żewġ sessjonijiet, waħda bil-Malti u oħra bl-Ingliż, kuljum. Dawn il-filmati jkunu bla ħlas imma jistgħu jintużaw għal tliet sigħat biss. Il-ġenituri/kustodji huma mistiedna jagħżlu ssessjonijiet minn dawn il-katalgi:
https://education.gov.mt/en/nationalliteracyagency/Pages/Resources/Lets-Read-Together.aspx
Biex tissellef filmat trid tibgħat ittra elettronika lil kurt.lee.azzopardi.2@ilearn.edu.mt u tagħtih din l-informazzjoni:
• It-titlu tas-sessjoni
• L-età tat-tfal (0-3, 3-7 jew 7-11-il sena)
• Id-data u l-ħin meta tixtieq tara s-sessjoni (mit-Tnejn sal-Ġimgħa fid-09:00, fin-12:30, fl-16:00 jew fis-19:00, is-Sibt fid-09:00 jew f’12:00).
Is-Sur Kurt Azzopardi jipprovdilek il-ħolqa u l-password tal-filmat/i b’ittra elettronika. In-numru tat-telefon tiegħu huwa 2598 2997.

Let’s Read together

As from Monday 18th January 2021, the Agency will be making the virtual library accessible to all educators and parents. Applicants may borrow up to two recorded sessions, one in Maltese and another one in English, everyday. These clips, which will be provided free of charge, will be time-barred for a limited period of circa 3 hours. Parents may choose the clips from the catalogues at:
https://education.gov.mt/en/nationalliteracyagency/Pages/Resources/Lets-Read-Together.aspx
To borrow a video clip kindly send an email to kurt.lee.azzopardi.2@ilearn.edu.mt. Please provide the following information:
• Title of video clip
• Age of child (0-3, 3-7 or 7-11)
• Date and Time for viewing (Monday to Friday 09:00, 12:30, 16:00 or 19:00, Saturday 09:00 or 12:00).
A link and password will be provided through email by Mr Kurt Azzopardi tel. no 2598 2997.

Christmas Concert Pendrives

Għad fadlilna l-aħħar pendrives (8GB) bil-filmat tal-Concert tal-Milied. Min hu interessat li jixtriha (€5) jgħidilna sa nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Jannar 2021.

Grazzi

Infakkru: Laqgħat għal Ġenituri tal-Yr.4 /Reminder: Meeting for Yr.4 Parents

F’Jannar 2021 id-Direttorat għal-Litteriżmu Diġitali u l-Ħiliet Transversali se jorganizza sessjonijiet ta’ tagħrif għall-ġenituri / kustodji tal-istudenti fir-raba’ sena. Dawn is-sessjonijiet ta’ siegħa, se jsiru onlajn permezz tal-Ms Teams.
Id-Direttorat jirrikonoxxi r-rwol kruċjali li l-ġenituri u l-kustodji qegħdin ikollhom fl-edukazzjoni ta’ wliedhom. Is-sessjonijiet offruti se jgħinu lill-parteċipanti jifhmu aħjar, kif bl-użu tat-tablets OTPC, uliedhom jistgħu jibbenefikaw mit-tagħlim formali u informali waqt li jassiguraw il-benesseri tagħhom.
Dawk interessati jistgħu japplikaw onlajn u jagħżlu mill-links tal-applikazzjoni li jidhru fit-tabella flistess ħolqa.
Biex tirreġistraw għal waħda mis-sessjonijiet, tistgħu tużaw din il-ħolqa:
https://primarydigital.skola.edu.mt/?page_id=2165

——-

The Directorate for Digital Literacy and Transversal Skills is organising information sessions for year 4 parents/guardians in January 2021. These sessions will be online synchronous (live) 1 hour sessions held through the Ms Teams.
The Directorate acknowledges the crucial role parents and guardians are playing in the education of their children. The sessions being offered will help participants better understand how OTPC tablets may benefit their child’s formal and informal learning whilst assuring their well-being.
Those who are interested can apply online from the following link:
https://primarydigital.skola.edu.mt/?page_id=2165