Naqraw Flimkien / Let’s Read Together

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu għadha kif nediet librerija ta’ filmati ‘Naqraw Flimkien / Let’s Read Together’.
Din il-librerija toffri sessjonijiet ta’ qari għall-gost irrekordjati għal tfal bejn 0 u 11-il sena. Dawn is-sessjonijiet saru bil-Malti jew bl-Ingliż mill-animaturi tal-qari tal-Aġenzija.
Kull ġimgħa, il-ġenituri/kustodji tat-tfal jistgħu jissellfu żewġ sessjonijiet, waħda bil-Malti u oħra bl-Ingliż. Dawn il-filmati jkunu bla ħlas imma jistgħu jintużaw biss għal tliet sigħat. Il-ġenituri/kustodji huma mistiedna jagħżlu ssessjonijiet minn dawn il-katalgi:
https://education.gov.mt/en/nationalliteracyagency/Pages/Resources/Lets-Read-Together.aspx
Biex tissellef filmat trid tibgħat ittra elettronika lil kurt.lee.azzopardi.2@ilearn.edu.mt u tagħtih din l-informazzjoni:
• It-titlu tas-sessjoni.
• L-età tat-tfal (0-3, 3-7 jew 7-11-il sena).
• Id-data u l-ħin meta tixtieq tara s-sessjoni (mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-4:00 pm jew fis-7:00 pm, is-Sibt fid-9:00 am jew fl-12:00).
Is-Sur Kurt Azzopardi jipprovdilek il-ħolqa u l-password tal-filmat/i b’ittra elettronika. In-numru tat-telefon tiegħu huwa 2598 2997.

Grazzi tal-kooperazzjoni.
Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar