Jum Dinji tat-Tfal

Għeżież Ġenituri

Vera ħasra li t-tfal tagħna m’għandhomx il-liberta’ jew nuqqas ta’ ħsieb li kellna aħna. Minnflok, xi ftit jew wisq għandhom l-istress li l-COVID 19 ġabet.  Hija fil-fatt il-bully li qed tgħakkes lil kulħadd.  Biex intaffulhom ftit, għal Jum Dinji tat-Tfal, fl-20 ta Novembru iddeċidejt li MIN IRID jista’ jilbes l-ħwejjeġ li jrid u jġibu magħhom l-ikel u x-xorb li jridu wkoll.  Mhix ħaġa kbira imma għall-inqas, ikollhom xi ħaġa li forsi ttaffilhom ftit mid-dwejjaq.  

Naf ukoll li hu kmieni u ser nerġa’ nfakkarkom li l-aħħar jumejn tal-iskola, it-Tnejn 21 u t-Tlieta 22 ta’ Diċembru, billi ma nisgħux nagħmlu l-festin tal-Milied bħas-soltu MIN IRID ukoll jistgħu jiġu bi ħwejjeġ li jridu u jieklu u jixorbu dal illi jridu.  EJJA ĦALLI NKUN ĊARA – DAN MA JFISSIRX LI KULĦADD IRID JIXTRI TIBDILA ĠDIDA.  ĠIEĦ KEMM HEMM MA NIXTIEQX LI TIDĦLU FI SPEJJES ŻEJDA. Ħalluhom komdi u jifirħu daqsxejn.  Jalla kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid ma jdumx.  Inselli għal kulħadd.

IL-MADAM

Dear Parents

COVID 19 has brought so many restrictions and this is affecting our dear children.  It is a shame that this bully of an illness is robbing our children of a carefree time of life and causing them a lot of stress.  To this effect and in order to see them have fun, on the 20th of November, on World Children’s Day, I am giving permission to the children (ONLY IF THEY WANT TO) to wear what they want and also eat and drink things they like most – sweets included.  

Also, and of this I will remind you once again later on, on the two last days of school, monday the 21st and Tuesday the 22nd of December since we cannot have the ususal party, the children can also wear and eat and drink what they want to.  LET ME MAKE MYSELF CLEAR – THIS DOES NOT MEAN THAT ANYONE SHOULD FEEL OBLIGED TO BUY NEW OUTFITS FOR THE OCCASION.  I DO NOT WANT TO PUT YOU THROUGH ANY EXTRA EXPENSE.  Just let them be comfortable and happy as children are supposed to be.  Let us hope that all this is over very soon.  I wish you and your families all the very best. 

MADAM