Xalata ta’ kitba għall-familji Online/ Online Family Writing Activity

Qabel il-pandemija COVID-19, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu kienet qiegħda torganizza diversi Xalati ta’ Kitba, bil-Malti u bl-Ingliż, għal tfal bejn il-5 snin u t-12-il sena, u l-familji tagħhom f’firxa ta’ lokalitajiet Maltin u Għawdxin. F’dawn ix-Xalati ta’ Kitba l-familji jħaddmu l-proċess tal-kitba b’mod divertenti u f’kuntest rilassanti.
Fiċ-ċirkustanzi preżenti, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi sħab ma’ Heritage Malta se torganizza Xalata ta’ Kitba online dwar it-Tempji ta’ Ħal Tarxien, kif ġej:
Data: Il-Ġimgħa, 11 ta’ Diċembru 2020
Ħin: Bejn is-6:30 p.m. u t-8:00 p.m.
Età: Minn 7 sa 11-il sena
Kif: Bil-Microsoft Teams
Dawk il-familji li jixtiequ jieħdu sehem f’din l-attività għandhom jirriservaw post billi jibagħtu din l-informazzjoni:

  • Isem u kunjom it-tifel/tifla/tfal,
  • Isem u kunjom il-ġenitur/kustodju,
  • Età tat-tifel/tifla/tfal,
  • Numru tal-mobile,
  • Indirizz elettroniku,
  • Indirizz postali
    lil mwp.nla@ilearn.edu.mt, sa mhux iktar tard min-nhar l-Erbgħa 2 ta’ Diċembru 2020.
    Minħabba li l-postijiet huma limitati, il-parteċipanti jintgħażlu skont min japplika l-ewwel.
    Jekk tixtieq iktar informazzjoni dwar din ix-Xalata ta’ Kitba ċempel 2598 3324.

  • Grazzi tal-attenzjoni.
    Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar

Online Family Writing Activity

Prior to the start of the COVID-19 pandemic, the National Literacy Agency organised several free of charge Family Writing Activities, in Maltese and English, for children aged 5 to 12 years and their families in several localities around Malta and Gozo. These activities offered families a positive experience of the writing process in a fun and relaxed setting.
In the present circumstances the National Literacy Agency, in conjunction with Heritage Malta, is organising an online Family Writing Activity in Maltese about the Tarxien Temples, as follows:
Date: Friday, 11th December 2020
Time: From 6:30 p.m. till 8:00 p.m.
Age: From 7 to 11 years
How: On MS Teams


Families who wish to participate in this activity are asked to book a place by sending an email with the following information:

  • Child’s name and surname,
  • Parent’s/guardian’s name and surname,
  • Child’s age,
  • Contact numbers,
  • Email address,
  • Postal Address,
    to mwp.nla@ilearn.edu.mt, by not later than Wednesday 2nd December 2020.
    Applications will be processed on a first come first served basis.
    For more information about this activity, kindly contact us on 2598 3324.
  • Thank you for your attention.
    Directorate for Learning and Assessment Programmes