Prosit lit-tfal tal-Years 4.1, 4.2 u Year 5

Bħala skola ħadna sehem fil-proġett Issuġġerili Ktieb mal-klassijiet tar-raba u l-ħames sena, li kien ukoll reġistrat bħala proġett tal-eTwinning. L-istudenti kellhom l-opportunita’ li jesprimu l-ħsibijiet tagħhom dwar il-kotba li huma qraw mill-app tal-Octavo (book reviews).  L-istudenti użaw għodod differenti, fosthom Padlet, Flipgrid u J2E biex għamlu x-xogħol tagħhom f’formati differenti (kitba, video, eċċ).  L-istudenti kienu anke nvoluti fid-disinn ta’ logo għall-proġett u saret kompetizzjoni biex jintgħażel il-logo preferit u proprju ntgħażlet it-tpinġija ta’ wieħed mill-istudenti tal-Year 4.2 Ishmael Pace.  Dan il-proġett kellu wkoll miri relatati mal-iżvilupp tal-istudenti fir-rigward tal-edukazzjoni għal Ċittadinanza Digitali, partikolarment l-użu responsabbli mit-teknoloġija u l-Internet u għalhekk intużaw posters/tips biex jippromwovu mġieba responsabbli matul id-diversi attivitajiet li għamlu t-tfal. Fil-fatt l-istudenti tar-raba’ u l-ħames sena ħadu sehem f’din l-inizjattiva u Years 4.1 u 4.2 ħarġu rebbieħa wkoll. L-istudenti kollha ngħataw tifkira żgħira kull wieħed u premju meritat lill-għalliema tagħhom ukoll. Saru wkoll kwiżżijiet bejn l-iskola tagħna u skejjel primarji oħra billi l-istudenti wieġbu mistoqsijiet fuq kotba li qraw mill-Octavo u dawn l-istudenti mir-raba’ u l-ħames sena ġew minn ta’ quddiem fil-klassifika tar-rebbieħa:

Year 4.1: Ella Gauci, Wayne Azzopardi, Giuseppe Debono

Year 4.2: Ishmael Pace

Year 5: Gareth Paul Said

Prosit lil kull min ħa sehem f’dawn l-inizjattivi u ringrazzjament kbir lill-għalliema kollha tal-klassijiet 4.1, 4.2 u 5 u lil Ms Dorianne (Digital Literacy support teacher) li taw din l-opportunita’ lit-tfal tal-klassi. Grazzi wkoll lill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u liċ-Ċentru tal-eTwinning li għoġobhom jippremjaw lit-tfal tagħna.