
Let us read a story to you! (Pinocchio).

Mother’s day song to thank all the mummies.
Ġbir taĺ-kotba
Għeżież ġenituri/kustodji,
Meta se tiġu l-iskola biex tiġbru l-kotba tat-tfal, għal min għandu iktar minn wild wieħed, saqsu għal kotba tal-Yr.2 biex toħduhom ukoll. Jiġifieri intom se tiħu skont l-appuntament li tawkom l-għalliema l-oħra u tieħdu l-kotba tal-yr.2 wkoll, biex ma tiġux darbtejn.
Imbagħad nhar il-Ġimgħa, 9 t’Ottubru, se nagħtukom appuntament ieħor biex iġġibu lura l-kotba miksija, b’label bl-isem u s-sena.
Min se jiddeċidi li jsegwi l-lezzjonijiet online (fuq teleskola) u mhux se jattendi skola, m’hemmx għalfejn iġib materjal l-iskola, pero’ importanti li l-kotba jinġabru xorta.
Ħinijiet biex iġġibu l-kotba lura miksija:
Eliza Debattista 12:00pm
Asha Eva Yadev 12:05pm
Alaya Grech 12:10pm
Mirhea Abdilla 12:15pm
Francesco Izzo 12:20pm
Dazaya Vella 12:25pm
Ava Marmara’ 12:30pm
Ayisha Lanzon 12:35pm
Anis Pace 12:40pm
Lionel Mifsud 12:45pm
Nhar it-Tlieta 6 t’Ottubru fl-10.00am ser ikollna laqgħa onlajn fuq MS Teams. Aktar ‘il quddiem ser tirċievu imejl bil-link li jekk tiklikkjaw fuqu ftit minuti qabel il-laqgħa tkunu tistgħu tingħaqdu mat-tim.
Grazzi
Ms Margaret
—
Għeżież ġenituri/kustodji,
Hawn issibu lista t’affarijiet li t-tfal ser ikollhom bżonn matul din it-Tieni sena fl-iskola Primarja. Importanti li issa aktar minn qatt qabel, kulħadd ikollu l-affarijiet personali tiegħu, peress illi minħabba raġunijiet ta’ iġjene u saħħa, mhux ta’ min jissellef jew isellef. Tkun t’għajnuna kbira jekk l-affarijiet ikollhom label bl-isem jew ikunu immarkati b’xi mod li juru ta’ min huma.
Maths: Ser nużaw 4 workbooks tal-Abacus li jingħataw mill-iskola. Ser nużaw ukoll tliet workbooks oħra li jinxtraw mill-iskola meta tiftaħ. Ikollkom bżonn tixtru: Maths C.W. –pitazz tar-rigi wesgħin bil-cover tal-plastik aħdar u label.Maths H.W.- pitazz tar-rigi wesgħin bil-cover tal-plastik aħdar u labelMaths squares: pitazz bil-kaxxi (chequered) bil-cover tal-plastik aħdar u label |
English: Ser nużaw Workbook tal-Macmillan English 1 li jingħata mill-iskola. Ser nużaw żewġ workbooks oħra (wieħed tal-kitba u ieħor tal-qari) li jinxtraw mill-iskola meta tiftaħ. Ikollkom bżonn tixtru: English Lang 1: pitazz tar-rigi dojoq bil-cover tal-plastik roża u label.English Lang 2: pitazz tar-rigi dojoq bil-cover tal-plastik roża u label.Englsih H.W.: pitazz tar-rigi dojoq bil-cover tal-plastik roża u label.English Writing: pitazz tar-rigi dojoq bil-cover tal-plastik roża u label. |
Malti: Ser nużaw Workbook Stilel 2 li jingħata mill-iskola. Ser nużaw workbook ieħor li jinxtara mill-iskola meta tiftaħ. Ikollkom bżonn tixtru: Malti Lingwa1: pitazz tar-rigi dojoq bil-cover tal-plastik aħmar u label.Malti Lingwa 2: pitazz tar-rigi dojoq bil-cover tal-plastik aħmar u label.Malti H.W:pitazz tar-rigi dojoq bil-cover tal-plastik aħmar u label.Malti Kitba: pitazz tar-rigi dojoq bil-cover tal-plastik aħmar u label. |
Reliġjon: Ser nużaw Workbook Għal Dinja Aħjar li jingħata mill-iskola. |
Studji Soċjali: Ser nużaw workbook li jinxtara mill-iskola meta tiftaħ. |
Science Ser nużaw workbook li jinxtara mill-iskola meta tiftaħ. |
Spelling Ikollkom bżonn tixtru pitazz tar-rigi dojoq bil-cover tal-plastik blu u label. |
Art Sketch book bil-label |
Journal: Pitazz blank miksi għall-gosti tat-tfal bil-label. |
Story maps: Pitazz blank miksi bil-cover tal-plastic isfar bil-label. |
Pencil case/pocket: 1. lapes HB 2. gomma 3. temprina 4.riga |
Envelop file bil-label Dan iżommuh fil-basket biex iġorru xi worksheets, karti, noti għad-dar. |
Folder tal-kartun/pocket file/ box file bil-label Dan iżommuh taħt il-bank biex jerfgħu fih worksheets ikkoreġuti. |
Kaxxa tal-kartun (taż-żraben mhux goffa) bil-label fejn jistgħu jpoġġu affarijiet personali: 1.fardal 2.kolla kbir 3.marker tal-whiteboard 4.imqass bla ponta 5.crayons 6.colouring book |
Importanti li ġol-basket it-tfal ikollhom: 1.tissues 2.hand sanitizer 3. wipes anti-bacterial |
Il-card tal-librerija pubblika ser iżżommuha għandkom. Din mhux ser tinżamm fil-klassi. |
Biex nipprattikaw self ta’ kotba mill-klassi b’mod sigur, ikun tajjeb li tibagħtu pen-drive (USB) fil-pencil case tat-tfal, u fuqha nagħtikom kotba diġitali li qed nipprepara jien. Dawn nista’ nibgħathom e-mail ukoll. Dawn il-kotba ikunu ħafna drabi fuq Powerpoint. Għaldaqstant dan ifisser li hemm bżonn ikollkom Powerpoint stallat fil-kompjuter/laptop tagħkom. |
Nirringrazzjakom bil-quddiem tal-koperazzjoni tagħkom u nħares ‘il quddiem li naħdem magħkom.
Saħħiet u tislijiet
Ms Margaret Schembri Dalli B.Ed.(Hons)