Il-Piż u l-Ġarr tal-Basktijiet tal-Iskola
F’Każ ta’ Mard:
Jekk student iħossu ma jiflaħx fl-iskola, dan l-istudent irid jittieħed fil-Kamra ta’ Iżolament. Il-ġenituri/kustodji jintalbu biex jiġbru t-tifel/tifla tagħhom. Huwa importanti ħafna li l-ġenituri/kustodji jikkoperaw immedjatament u jikkuntatjaw it-tabib tal-familja. L-istudent irid jibgħat ċertifikat tat-tabib fuq l-email sbc.kirkop.pr@ilearn.edu.mt. Sabiex student jiġi aċċettat l-iskola, irid ikollu miktub li l-istudent hu tajjeb biex jattendi l-iskola (fit for school).
Gwida għall-ġenituri
Sena skolastika 2021-2022
Linji gwida u informazzjoni għall-Ġenituri/Gwardjani (fuq struzzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika)
Bħalissa l-iskola tinsab fil-proċess li tilqa’ mill-ġdid ’l-istudenti u qed tagħmel minn kollox biex tieħu l-miżuri kollha neċessarji minħabba l-imxija.
Filgħodu qabel l-istudenti ma jitilqu mid-dar għall-iskola |
- It-tfal m’għandhomx jintbagħtu l-iskola jekk iħossuhom ma jifilħux. Ikkonsultaw tabib.
- Għalhekk filgħodu l-ġenituri/gwardjani għandhom jiċċekkjaw lil uliedhom għal dawn is-sintomi u jżommu t-tfal id-dar f’każ li xi wieħed minn dawn ikun preżenti:
- Temperatura ta’ 37.2 oC jew ogħla
- Uġigħ tal-griżmejn
- Tqaħqiħa ġdida mhux ikkontrollata
- Dijarrea, remettar, uġigħ ta’ żaqq
- Uġigħ ta’ ras sever
Għalkemm l-iskola se tkun mgħammra bi prodotti għad-diżinfettar, importanti li l-ġenituri/gwardjani jassiguraw li kull student ikollu fuqu prodotti għad-diżinfettar bħal wipes, tissues u gel għad-diżinfettar tal-idejn.
Breakfast Club
- Studenti rreġistrati għall-Breakfast Club hekk kif jaslu l-iskola se jkunu pprovduti b’kolazzjon ippakkjat minn qabel.
- Hekk kif jiġbru l-kolazzjon huma se jiġu akkumpanjati fil-klassi jew f’post magħżul minn qabel biex b’hekk il-bubble tal-klassi tkun tista’ tinżamm.
Dħul u Ħruġ fl-Iskola
- L-istudent (tal-Primarja) għandu jkun akkumpanjat l-iskola minn ġenitur/gwardjan wieħed.
- Se jintużaw entraturi/postijiet tal-ħruġ differenti skont il-Year Group. Jekk jogħġobkom araw it-tabella fil-parti ħinijiet ta’ Dħul u Ħruġ.
- Il-ġenituri/gwardjani mistennija jżommu d-distanza rakkomandata huma u jistennew barra l-iskola u mitluba jkunu fil-ħin u jitilqu hekk kif uliedhom jidħlu l-iskola. Rakkomandat li jilbsu maskra jew visor.
- Mal-wasla tagħhom l-istudenti se jintalbu jiddiżinfettaw idejhom u se titteħdilhom it-temperatura fl-entratura tal-iskola. Jekk student jinstab li għandu temperatura ta’ 37.2oC jew ogħla ma jitħalliex jibqa’ l-iskola.
- Wara l-istudent se jintalab jibqa’ sejjer dritt fil-klassi jew post magħżul minn qabel biex tinżamm il-bubble tal-klassi.
Użu ta’ Maskri/Visors
- L-istaff se jilbes il-maskra/visor tul il-ħin kollu.
- L-istudenti mitluba jiġu l-iskola lebsin il-maskra/visor.
- L-istudenti mitluba jilbsu l-maskra/visor fil-partijiet komuni tal-iskola bħal kurituri u toilets, kif ukoll fuq it-trasport.
- Fl-iskejjel Primarji l-istudenti jistgħu jinżgħu l-maskra/visor biss fil-klassi waqt l-ikel u waqt l-Eżerċizzju Fiżiku.
- Il-maskri/visors iridu jintgħarfu b’isem it-tifel/tifla. Jekk jogħġobkom ħudu ħsieb ibagħtu mat-tfal borża jew pocket fejn il-maskra/visor tkun tista’ titqiegħed meta ma tkunx qed tintuża.
- Il-maskri jridu jinħaslu jew jinbidlu kuljum. Il-visors iridu jintmesħu u jiġu diżinfettati kuljum.
Il-ġurnata tal-iskola
- Fil-klassi se jkun hemm distanza adekwata bejn l-imwejjed, l-istudenti u l-membri tal-istaff.
- Il-breaks se jkunu f’ħinijiet differenti biex ikun hemm inqas tfal flimkien fl-istess ħin. It-tfal se jitħallew jilagħbu biss ma’ tfal oħra mill-klassi tagħhom.
- Qed inħeġġu lill-għalliema biex fejn possibbli jużaw il-btieħi biex jagħtu l-lezzjonijiet.
- Fil-klassi/kurituri l-bibien/twieqi se jinżammu miftuħa għall-ventilazzjoni.
Il-Garanzija ta’ Ambjent Sigur
- Persuni mhux awtorizzati mhumiex se jitħallew jidħlu l-iskola. L-istudenti u staff awtorizzat BISS se jitħallew jidħlu fl-iskola.
- Aħna nixtiequ li l-ġenituri\kustodji jikkomunikaw magħna bit-telefon, imejl jew permezz tal-komunikazzjoni onlajn jew MS Teams li se ngħinu biex titwaqqaf. Id-dettalji ta’ kif għandkom tikkomunikaw magħna jinsabu f’paġna 4.
- Qabel ma jidħlu fl-iskola, il-viżitaturi awtorizzati jridu jiddiżinfettaw idejhom bis-sanitiser ipprovdut u tiġi ċċekkjata t-temperatura tagħhom.
- L-iskola se żżomm rekord bid-dettalji tal-persuni awtorizzati kollha li jidħlu fil-bini tal-iskola.
- L-iskola se jkollha stickers imwaħħla apposta biex tgħin lill-istudenti u ’l-membri tal-iskola jżommu d-distanza soċjali.
- Se tinżamm sistema organizzata biex wieħed jiċċaqlaq minn post għal ieħor fl-iskola, ie. fil-kurituri wieħed irid dejjem jimxi fuq in-naħa tax-xellug.
- L-assemblies se jinżammu onlajn meta t-tfal ikunu fil-klassi.
- Ħarġiet mill-iskola minn din is-sena ser jibdew isiru skont id-direzzjoni tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.
- Parents’ day/evening se jinżammu wkoll onlajn, għalhekk il-ġenituri huma mħeġġa li jniżżlu l-Microsoft Teams. Toqogħdux taħsbuha biex tikkuntattjaw l-iskola, jekk ikollkom bżonn xi ħaġa dwar dan.
- Sanitisers tal-idejn se jkunu mqassma fl-iskola u f’kull klassi però kull tifel u tifla huwa mħeġġeġ li jkollu tiegħu personali fil-basket tal-iskola.
- Se niżguraw li se jkun hemm l-aqwa kundizzjonijiet iġjeniċi fl-iskola tagħna billi jsir ħasil sew b’mod regolari. It-toilets se jitnaddfu regolarment u se jkun hemm is-sapun u l-karti disposable l-ħin kollu.
F’Każ ta’ Mard
- Jekk student iħossu ma jiflaħx fl-iskola, dan l-istudent irid jittieħed fil-Kamra ta’ Iżolament. Il-ġenituri/kustodji jintalbu biex jiġbru t-tifel/tifla tagħhom. Huwa importanti ħafna li l-ġenituri/kustodji jikkoperaw immedjatament u jikkuntatjaw it-tabib tal-familja.
- Jekk student kien f’kuntatt ma’ xi ħadd li kien ikkonfermat pożittiv għall-COVID 19 fl-aħħar ġimagħtejn, l-istudent għandu jibqa’ d-dar u jfittex il-parir ta’ tabib.
- Jekk l-istudent ikun ivvjaġġa minn pajjiż mhux fil-lista ta’ vvjaġġar (non-corridor) jew ta’ riskju għoli (amber) fl-aħħar 14-il ġurnata, l-istudent għandu jibqa’ d-dar.
Nedukaw lil Uliedna
Il-ġenituri/kustodji huma wkoll imħeġġa biex jissapportjaw il-benesseri ta’ kulħadd billi:
- Ifissru lit-tfal tagħhom li t-tgħanniq u tieħu b’idejn ħaddieħor mhumiex permessi.
- Juru lit-tfal tagħhom kif għandhom jaħslu sew idejhom bis-sapun u l-ilma.
- Jgħallmu lit-tfal tagħhom biex ma jmissux wiċċhom, imneħirhom, ħalqhom u għajnejhom jekk ma jkunux ħaslu jew iddiżinfettaw idejhom immedjatament qabel.
- Jgħallmu lit-tfal tagħhom kif jużaw it-tissues meta jagħtsu/jisogħlu. It-tfal għandhom ikunu mgħallma kif jissoffjaw imneħirhom u jarmu t-tissues użati fil-bins provduti immedjatament wara l-użu tagħhom.
Informazzjoni (Speċifika għall-iskola)
Jekk ikollkom bżonn tikkuntattjaw l-iskola, tistgħu tagħmlu dan billi ċċemplu fuq: 25984130 jew tużaw l-imejl tal-iskola – sbc.kirkop.pr@ilearn.edu.mt jew permezz ta’ Microsoft Teams.
- Dħul u Ħruġ (skond il-popolazzjoni tal-iskola):
Scholastic Year 2021-2022
Library Entrance Year 6, Year 5, Year 4, Year 3 | Morning | Afternoon |
Year 6 | 8.30 am | 2.25 pm |
Year 5.1 | 8.35 am | 2.25 pm |
Year 5.2 | 8.40 am | 2.20 pm |
Year 4 | 8.45 am | 2.20 pm |
Year 3 | 8.50 am | 2.15 pm |
Main Door Year 2, Year 1, Kinder | ||
Year 2 | 8.30 am | 2.25 pm |
Year 1 | 8.35 am | 2.20 pm |
KG 2 | 8:40 am | 2.15 pm |
KG 1.1 | 8:45 am | 2.10 pm |
KG 1.2 | 8:50 am | 2.05 pm |
Informazzjoni Oħra |
- L-attendenza se tittieħed u l-puntwalità hija importanti ħafna. Iċ-ċertifikati tal-mard iridu jiġu ppreżentati jew mibgħuta b’imejl jew jiġu mpustati fil-kaxxa tal-ittri tal-iskola idealment qabel ma l-istudent jirritorna lura l-iskola.
- L-uniformijiet għandhom jinħaslu kuljum u l-basktijiet jintmesħu u jinħalsu ta’ spiss.
- Ħudu ħsieb li t-tfal ma jiħdux affarijiet l-iskola li ma jkollhomx bżonnhom. Iċċekkjaw il-basktijiet tagħhom kull filgħodu.
- Kull ħaġa mitluba mill-iskola, inkluż ir-reċipjenti tal-ikel u l-fliexken, għandu jkollhom isem it-tfal imwaħħlin fuqhom. Dawn iridu jkunu miktubin b’mod ċar u jinħaslu kuljum.
- L-użu tal-funtani tal-ilma huwa għalissa assolutament ipprojbit. Għaldaqstant, il-ġenituri/kustodji għandhom jaraw li t-tfal ikollhom biżżejjed ilma għal matul il-ġurnata.
- Aħna ninkoraġġixxu lill-ġenituri/kustodji biex jagħtu lit-tfal aktar ikel san ħalli dan ikun jista’ jsaħħilhom is-sistema immunitarja. Fl-iskola, se nkomplu nkattru l-imħabba għal stil ta’ għajxien aktar san.
- Il-kejkijiet tal-birthday mhumiex permessi. Huma permessi biss plain cupcakes jew ċikkulati li jkunu ppakkjati INDIVIDWALMENT.
- Il-ġenituri/kustodji huma mitluba li jagħtu ċertu responsabbiltajiet lit-tfal u jgħallmuhom jagħmlu xi affarijiet waħidhom. Huwa importanti li jitgħallmu miċ-ċokon kif jilbsu ż-żraben tagħhom, kif jilbsu l-ġkieket u jkunu organizzati.
- Il-ġenituri/kustodji huma mitluba li jinfurmaw lill-iskola jekk ikollhom xi suspett tad-dud fix-xagħar. It-tfal li jkollhom id-dud jintbagħtu d-dar u jkunu jistgħu jmorru lura l-iskola META jkollhom iċ-ċertifikat li juri li huma nodfa u li jistgħu jirritornaw l-iskola.
- It-tfal għandhom bżonn bejn 8 sa 10 sigħat irqad. Tħallux lit-tfal jilagħbu sa tard bil-lejl jew iħallu mobiles, monitors, kompjuters, eċċ., fil-kmamar tas-sodda tagħhom għaliex jistgħu jqumu billejl u joqogħdu jilagħbu. Dan iġib nuqqas ta’ rqad.
- L-ibbuljar mhuwiex aċċettat. Il-ġenituri/kustodji huma mħeġġa jgħallmu lil uliedhom ikunu ġenerużi u jaħfru lil xulxin. Aħna l-adulti għandna nagħtu eżempju tajjeb.
- Jekk ikun hemm xi ħaġa li tinkwetakom, ċemplu lill-iskola mill-ewwel ħalli tiddiskutu l-problema bil-kalma mal-istaff tal-iskola.
- Meta l-iskola u l-ġenituri jaħdmu id f’id, it-tfal ikunu aktar kuntenti u jmoru aħjar flistudji tagħhom.
Bħal dejjem, aħna nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni tagħkom u nħarsu ’l quddiem biex nilqgħu lil uliedkom għas-Sena Skolastika 2021/2022.
______________________________________________________
ĦADD ma jista’ jidħol l-iskola mat-tfal filgħodu jew biex jiġborhom wara nofsinhar (evitaw il-ġbir kmieni jew tard. Aħsbu għat-traffiku.)
No unauthorised persons may enter the school premises at any time. (Kindly stick to the indicated times and remember to make allowances for traffic delays.)
– Għall-mistoqsijiet ċemplu 25984130 jew 25984131 imma tridu tifmhu li ser ikun hemm ħin ta’ stennijja sakemm inlestu mid-dħul/ħruġ tat-tfal kollha.
If you have any queries call on 25984130 or 25984131. There may be some waiting time for calls to be answered especially during admission and dismissal.
– Tistgħu wkoll tibgħatu l-mistoqsijiet b’ e-mail fuq sbc.kirkop.pr@ilearn.edu.mt
You may also send your queries by e-mail on sbc.kirkop.pr@ilearn.edu.mt
– Iċekkjaw it-temperatura tat-tfal mid-dar u tibgħatuhomx jekk għandhom 37.2°c jew aktar, sogħla (min għandu l-asthma għandu jġib ċertifikat tal-professur), flissjoni, mnieħer iqattar (anki tal-allerġija), imsarinhom jew iħossuhom ma jifilħux
Please check your childrens’ temperature at home and do not send children to school if their temperature is 37.2 °c or higher, if they are coughing (asthma/allergy sufferers must have a specialist’s medical certificate), runny or blocked nose, the runs, or if they are feeling unwell.
IL-ĠENITURI M’GĦANHOMX JITILGĦU FUQ IR-RAMPA JEW IT-TARAĠ TAL-ISKOLA IMMA JIBQGĦU FUQ IL-BANKINA.
PARENTS MUST STAY ON THE PAVEMENT AND NOT USE THE RAMP OR STAIRS.
– It-tfal iridu jilbsu maskra jew visor (iktbulhom isimhom fuqhom) fid-dħul u l-ħruġ, waqt il-break u meta jmorru t-toilet.
Pupils are to wear a mask or visor (write their names on them) during entry into and dismissal from school, during break time and when they go to the toiltes.
– Żommu l-mobile mixgħul biex inkunu nistgħu nikkuntattjawkhom malajr f’każ ta’ emerġenza.
Kindly keep your mobile on so that we can contact you immedialtely if we need to.